Saturday, December 21, 2024

Il-PM jappella għall-ġenerożità u mill-ġdid itenni dwar l-importanza li nkomplu nitlaqqmu

Aqra wkoll

Fl-appell tiegħu għall-ġenerożità f’jum L-ISTRINA, il-Prim Ministru Robert Abela qal li bit-telefonata tagħna se nkunu qed ngħinu lil dawk li għaddejjin mit-tbatija tal-mard, persuni li tant għandna għal qalbna li qed jgħixu żewġ elementi fil-ħajja li tant huma sintomatiċi mar-realtà li qed ngħixu llum, il-kuraġġ sabiex tegħleb l-isfidi u l-fiduċja fil-professjoni medika u fix-xjenza.

Huwa reġa’ appella għat-teħid tal-vaċċin u l-booster u qal li aktar tard illum, flimkien ma’ martu Lydia u binthom Giorgia Mae se jieħdu l-vaċċin. “Nibqa’ ntenni dan l-appell. Sena ilu l-Fun Run u r-Rockestra ma setgħux isiru imma dis-sena setgħu jsiru u dak juri kemm il-vaċċin għamel differenza fil-ħajja ta’ kuljum,” qal Dr Abela.

“Dan il-Gvern investa ħafna fis-servizzi tas-saħħa. Se jibqa’ jinvesti fost oħrajn fil-mediċini tal-kanċer, għall-kura ta’ mard rari. Hemm ukoll tidħol l-importanza tal-kontribut li dejjem tagħti l-Malta Community Chest Fund Foundation. Illum hija l-festa tal-ġenerożità. Ejja nagħtu l-kontribut tagħna biex inkomplu ntejbu l-kwalità tal-ħajja ta’ ħaddieħor filwaqt li kull wieħed u waħda minna jrid jagħmel dak is-sagrifiċċju biex fll-mument li ninsabu fih illum inkunu nistgħu nkomplu nipproteġu lil xulxin, ngħinu lil xulxin u nħarsu s-saħħa ta’ xulxin u b’hekk dan il-pajjiż ikun jista’ jibqa’ miexi ‘l quddiem,” temm jgħid il-Prim Ministru. 

Ekonomija

Sport