Sunday, May 5, 2024

“Ninsew dak kollu li jifridna u ningħaqdu f’maratona ta’ mħabba” – Il-President

Aqra wkoll

F’intervent li għamel fil-bidu tal-maratona ta’ L-ISTRINA, il-President ta’ Malta George Vella, li ma setax jattendi fiżikament għall-Istrina minħabba li hu u martu jinsabu fi kwarantina iżda xorta waħda pparteċipaw b’mod virtwali billi rrispondew it-telefonati mill-Palazz ta’ San Anton, iddeskriva L-Istrina bħala ċelebrazzjoni ta’ ħajja u ta’ għaqda.

“Ċelebrazzjoni ta’ dawk li huma fil-bżonn jew se jiġu fil-bżonn li meta jiġu biex isibu min jgħinhom, se jsibu min jgħinhom. L-Istrina matul is-snin uriet kemm hi ħajt ta’ kenn għal dawn in-nies,” qal il-President Vella.

“Ejja ninsew id-differenzi u dak kollu li jista’ jifridna u nkunu magħqudin f’din il-maratona ta’ mħabba ħa nikkontribwixxu għal dawk ħutna li jistgħu jispiċċaw vittmi tal-mard jew ċirkostanzi xejn sbieħ fil-ħajjja tagħhom”, tenna Vella.

Sport