Wednesday, April 24, 2024

Porshe Club Malta bi ġbir ta’ fondi għal Puttinu

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Nhar il-Ħadd, 26 ta’ Diċembru, Porsche Club Malta organizza r-raba’ attività annwali ta’ ġbir ta’ fondi għal Puttinu.

L-attività kienet miftuħa għall-membri tal-Porsche Club Malta u s-sidien kollha tal-Porsche. Is-sidien tal-Porsche attendew għall-avveniment bil-Porsches tagħhom minn kull era. L-attivita telqet minn Wied Iz-Zurrieq fid-digħa ta filgħodu u spiċċat fil-Parkeġġ tal-Università ftit qabel l-għaxra. Darba fil-parkeġġ, Andrew Spiteri, President tal-Porsche Club Malta, ħabbar li għal darboħra d-donazzjoni hija waħda rekord u issa qabżet l-10,000 ewro.

Rennie Zerafa, ko-fundatur u amministratur ta’ Puttinu Cares, irringrazzja lis-sidien kollha tal-Porsche għall-appoġġ tagħhom u ħabbar li Puttinu jinsab fil-proċess li jakkwista bini ieħor 10 minuti biss bogħod minn dak li diġà għandhom. Din il-propjetà hija meħtieġa mmens peress li n-numru ta’ pazjenti Maltin li jivvjaġġaw lejn ir-Renju Unit għall-kura huwa bejn 60 u 90 pazjent fix-xahar.

Spiteri awgura lil Zerafa, it-tim tiegħu u assigurahom mill-appoġġ kontinwu tas-sidien tal Porsches u l-Porsche Club Malta.

Sport