F’ritratt fuq il-profil tiegħu, il-Prim Ministru u mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela awgura lil dawk kollha li se jkomplu bl-esperjenza skolastika f’dawn il-jiem.
Abela qal li bintu Giorgia Mae bdiet illum u bħal kull ġenitur mumenti bħal dawn; hu u martu Lydia Abela, jgħożżuhom immens.
Huwa temm jgħid li kif jagħmlu kull sena, ħadu ritratt tal-okkażjoni qabel binthom daħlet l-iskola.