Wednesday, July 24, 2024

Il-PM jgħid li lil Chris Fearne ilu jtih il-fiduċja mhux fl-aħħar ġimgħat iżda fl-aħħar snin

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

“Lil Chris Fearne ilni nagħtih il-fiduċja sħiħa tiegħi mhux biss f’dawn l-aħħar ġimgħat minkejja kull kritika li saret mill-Partit Nazzjonalista iżda tul dawn l-aħħar snin. Ili erba’ snin u nofs naħdem ma’ Dr Chris Fearne, ħdimna fl-iktar mument diffiċli flimkien waqt pandemija. Naf x’tip ta’ raġel hu”

Dan kienet il-kumment li ta lill-midja l-Prim Ministru Robert Abela barra l-Parlament. Fl-istess kumment, Abela irrimarka li l-Partit Nazzjonalista ċċensurah minħabba li ddefenda lil Fearne. Spjega li kien qed jagħmel dan għax mill-esperjenza ta’ xogħol li kellu miegħu, sabu fl-iktar mumenti diffiċli tal-pajjiż u stqarr li jaf kif ħadem fuq is-sitwazzjoni ta’ Steward.

Dwar il-PN, il-PM qal ukoll li din definittivament tilef il-kredibilita u li tilef ukoll il-konsistenza. Mill-banda l-oħra huwa dejjem tkellem ma’ Dr Fearne ma’ Chris Fearne dejjem bl-istess linja.

Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar id-deċiżjoni tal-Arbitraġġ Internazzjonali, li se tingħata fix-xhur li ġejjin, biex kull servizz li kellu jingħata u ma ngħatax, jiġu rkuprati l-flus relatati.

Dwar dan, huwa qal; ““Morna f’arbitraġġ internazzjonali fejn qed niddefendu d-drittijiet tal-poplu Malti u Għawdxi, jiġifieri kwalunkwe ammont li seta’ ġie mħallas lil Steward li ma tawx lura servizz tiegħu”

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport