Wednesday, July 24, 2024

Tintemm it-tieni edizzjoni tal-Mediterrane Film Festival

Aqra wkoll

It-tieni edizzjoni tal-Mediterrane Film Festival intemmet b’ċerimonja mill-isbaħ tal-Golden Bee Awards fil-Forti Manoel, serata ppreżentata minn David Walliams. Il-kittieb-direttur rebbieħ tal-BAFTA u nominant seba’ darbiet għal Oscar, Mike Leigh OBE (Vera Drake, Another Year, Happy-Go- Lucky) kien onorat bil-Career Achievement Award filwaqt li l-Lifetime Achievement Award ingħata lill-kordinatriċi tal-produzzjoni veterana Maltija, Rita Galea

Il-membri tal-ġurija tal-Kompetizzjoni Prinċipali – magħmula minn Jon S. Baird, Margery Simkin, Mario Philip Azzopardi, Nathan Crowley, Pedro Luque, Richie Mehta u Tim Miller – eżaminaw il-15-il film u taw premjijiet f’sitt kategoriji: Best Feature Film, Acting Performance, Screenwriting, Production Design, Creative Technical Performance u Special Jury Award.

Il-festival onora wkoll l-aqwa xogħlijiet għas- sezzjonijiet Out of Competition, Mare Nostrum u Future Visions. Mill-Kompetizzjoni Prinċipali, ir-rebbieħa jinkludu “Life” (Hayat) dirett minn Zeki Demirkubuz (Turkija) li rebaħ il-Golden Bee għall-kategorija Best Feature Film u “To a Land Unknown” dirett minn Mahdi Fleifel (Palestina; Franza) li kien ippremjat bil- Jury’s Choice Award. Barra minnhekk, “The Strangers’ Case” (Ġordan) rebaħ żewġ Golden Bees: Best Director għal Brandt Andersen u Best Acting għal Yasmine Al-Massri.

Il-President b’enfasi fuq il-promozzjoni tal-industrija

Iċ-ċerimonja kienet tinkludi s-sehem ta’ artisti, bħar-rebbieħa tal-Mercury Prize, Heather Small MBE, Calum Scott minn Britain’s Got Talent, it-tenur Malti Joseph Calleja, l-Orkestra Golden Bee u kor tat-tfal.

L-avveniment laqa’ wkoll lill-President tar-Repubblika ta’ Malta, Myriam Spiteri Debono, li fid-diskors tagħha enfasizzat dwar kif il-promozzjoni kontinwa tal-industrija tal-films hija ta’ importanza primarja u essenzjali jekk l-industrija trid tiżviluppa f’wieħed mill-pilastri tal-ekonomija Maltija.

Żiedet tgħid li, “il-Mediterrane Film Festival huwa għodda għall-iżvilupp tan-negozju; ukoll, wieħed ma jistax jissottovaluta l-impatt pożittiv li l-industrija tal-films jista’ jkollha indirettament fuq l-immaġni internazzjonali ta’ Malta, b’modi li jistgħu jirriżultaw f’benefiċċji għal industriji ewlenin oħra, partikolarment it-turiżmu u n-niċeċ relatati tiegħu”.

Minbarra l-parteċipanti tal-films magħżula, għaċ-cerimonja attendew ukoll: Emilio Estevez, Colin Trevorrow, Danai Gurira, Nell Tiger Free, Harry Kirton, Emmett J. Scanlan, Joaquim de Almeida, Yolanthe Cabau, Kelvin Harrison Jr., Sarah Rafferty, Patrice Evra, Jasmine Jobson, Adrian Wootton, Andrei Lenart u Heather Graham.

Rikonoxximent għal dawk li l-aktar jistħoqqilhom…

Min-naħa tagħha Teresa Cavina, Direttur Artistiku tal-Mediterrane Film Festival, qalet li, “matul id-disat ijiem li għaddew kien ta’ privileġġ li nilqgħu l-komunità internazzjonali tal-films fil-gżira sabiħa ta’ Malta u ċċelebrajna flimkien id-dinja tal-films. Dan filwaqt li noħolqu opportunitajiet li servew ta’ ispirazzjoni, kollaborazzjoni internazzjonali u sħubija bejn oqsma varji.

Qsamna aktar minn 45 film minn 35 pajjiż mal-industrija u mal-pubbliku lokali, li seta’ jattendi wkoll għall-programm interessanti ta’ attivitajiet edukattivi u informattivi. Kien ta’ unur li matul din il-lejla nirrikonoxxu lil dawk l-iktar mistħoqqa jiġu premjati għal xogħolhom waqt il-Golden Bee Awards u b’hekk intemmu din l-edizzjoni b’mod eċċellenti”.

Industrija tal-films ta’ klassi dinjija

Johann Grech, Kummissarju tal-Films ta’ Malta qal li wiegħed li l-Malta Film Commission se toħloq f’Malta industrija tal-films ta’ klassi dinjija. Hawn Grech spjega li, “illejla rrid inżid għan ambizzjuż ma’ dak l-impenn – għan li nistgħu nilħqu flimkien, lejlet il-100 sena mill-anniversarju tal-film tagħna. Jien għamilt l-għan li nirdoppja l-valur li jġib il-film fl-ekonomija ta’ Malta u aktar impjiegi ta’ kwalità għall-poplu Malti. Issa huwa ż-żmien li nibqgħu mexjin ‘il quddiem għal Malta”.

Huwa żied li l-investiment, it-titjib tal-ħiliet u l-attrazzjoni ta’ aktar films lejn Malta huma essenzjali, kif ukoll enfasizza li issa mhux iż-żmien li nduru lura.
Il-Mediterrane Film Festival ippreżenta 15-il film fil-Kompetizzjoni Prinċipali, seba’ films barra mill-Kompetizzjoni, 10 films Barra mill-Kompetizzjoni – Malta Expanded u seba’ films ikkompetew fis-sezzjoni ambjentali Mare Nostrum flimkien ma’ 14-il proġett immersiv magħżul mill-fundatur tal-istorja interattiva Michel Reilhac.

Il-lista sħiħa tar-rebbieħa:

Best Screenplay: Stéphane Brizé, Marie Drucker għal OUT OF SEASON (France)
Best Production Design: Myrte Beltman għal SWEET DREAMS (Bosnia & Herzegovina)
Best Cinematography: Carlos Alfonso Corral għal THE DAMNED (Italy)
Best Acting: Yasmine Al-Massri għal THE STRANGERS’ CASE (Jordan)
Best Director: Brandt Andersen għal THE STRANGERS’ CASE (Jordan)
Jury’s Choice: Mahdi Fleifel għal TO A LAND UNKNOWN (Palestine; France)
Best Feature Film: Zeki Demirkubuz għal LIFE (Turkey)

MARE NOSTRUM:
Best Narrative Story: Anirban Dutta, Anupama Srinivasan għal NOCTURNES (India)

OUT OF COMPETITION:
People’s Choice Award: Alexandre De La Patellière, Matthieu Delaporte għal THE COUNT OF MONTE CRISTO (France)

FUTURE VISIONS:
Best Virtual Reality Work: Simone Fougnier għal TALES FROM SODA ISLAND (UK)
Ħajr specajli lil : OVER THE RAINBOW (Taiwan) dir. Craig Quintero u EGGSCAPE (Argentina) dir. German Heller

AWARDS OĦRA:
Career Achievement: Mike Leigh
Lifetime Achievement: Rita Galea

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport