Wednesday, December 25, 2024

Il-PM jinawgura investiment ta’ €1 miljun fl-immodernizzar ta’ Oxford House

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Fi żjara fl-uffiċini ta’ Oxford House f’Birkirkara, il-Prim Ministru Robert Abela inawgura l-investiment ta’ miljun ewro li għamlet din il-kumpanija f’xogħlijiet ta’ mmodernizzar. Trasformazzjoni li se tkun qed ittejjeb l-operat ta’ kuljum tal-kumpanija, filwaqt li ssaħħaħ ukoll in-negozju billi jiġi assigurat li l-klijent jirċievi l-aqwa prodott possibbli.

Apparti l-investiment infrastrutturali li sar, il-kumpanija għażlet li tinvesti fl-identità tad-ditta u f’websajt moderna bl-għan li tilħaq l-għanijiet kollha tagħha.

Il-Prim Ministru nnota kif kumpanija bħal Oxford House baqgħet tevolvi u turi r-reżiljenza tagħha fi żminijiet ta’ sfida billi kompliet tinvesti u tiżgura kontinwità fl-estensjoni tas-servizzi tagħha lill-klijenti.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Oxford House Marco Galea stqarr li attwalment il-klijenti tagħhom huma fil-qalba ta’ dak kollu li jagħmlu.

“Din l-identità ġdida toffri disinn ġdid biex tirrifletti d-dedikazzjoni u l-impenn tagħna, bl-għan aħħari li ngħinu lill-klijenti joħolqu d-dar perfetta tagħhom jew l-ispazji tal-uffiċini b’passjoni li ilna nrawmu mill-bidu tagħna fl-1928,” qal is-Sur Galea.

Oxford House estendiet il-gratitudni tagħha lejn il-gvern tal-għajnuna li offra biex ikompli jsostni n-negozji f’dawn iż-żminijiet, filwaqt li tenniet l-impenn tagħha biex, flimkien mat-tim ta’ 70 impjegat, tkompli tikkontribwixxi lejn l-ekonomija lokali permezz tal-bejgħ ta’ kwalità li toffri lill-klijenti diversi.

Ekonomija

Sport