Saturday, December 21, 2024

Il-PM jirreferi għall-pandemija tal-covid-19 bħala l-ħelsien modern

Aqra wkoll

Jgħid li r-rebħa li se tibqa’ tiġi mfakkra

https://www.facebook.com/partitlaburista/videos/3336458363049020/

Il-Prim Ministru Robert Abela fil-messaġġ tiegħu lejlet Jum il-Ħelsien faħħar dak li kiseb il-poplu Malti u Għawdxi permezz tal-għażliet ta’ missirijietna.
Abela sostna li l-ħelsien ta’ 41 sena ilu għadu rilevanti u appella għall-ugwaljanza li tissarraf f’mobilità soċjali b’opportunità ndaqs għal kulħadd.
Qal li dan u l-mument fejn il-prijorità għandhom ikunu valuri li jagħmlu lill-bniedem verżjoni aħjar tiegħu nnifsu bħall-onestà, l-għożża tal-familja, l-integrità, l-irġulija u l-altruwiżmu.
Kompla jgħid li f’dan iż-żmien għandhom jitwarrbu l-kuluri u f’dan iż-żmien ta’ prova jeħtieġ li nibqgħu niġbdu ħabel wieħed. Qal li għandu fiduċja sħiħa li l-poplu se jibqa’ jilqa’ din is-sejħa.
Huwa rrefera għall-pandemija tal-Covid-19 bħala l-ħelsien modern li qed nissieltu għalih. Sostna li din ir-rebħa għad tiġi mfakkra bħala rebħa ta’ poplu Malti u Għawdxi maqgħud u solidali li qed jaħdem biex jingħelbu l-isfidi.
Abela qal li dan il-mument iebes se jkun imfakkar bħala l-prova li l-poplu se joħroġ minnha.

Ekonomija

Sport