Il-Prim Ministru Robert Abela għadu kemm ħabbar li talab liċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) sabiex ilaqqa’ l-imsieħba soċjali fejn il-gvern se jkun qiegħed jaġġorna dwar l-isfidi tal-klima u l-enerġija.
Fost is-suġġetti ewlenin se jitrattaw il-ħidma kontinwa tal-ħaddiema tal-Enemalta li qed jagħmlu l-isforzi kollha biex isaħħu s-sistema tad-distribuzzjoni minkejja temperaturi estremi li xejn mhuma jgħinu s-sitwazzjoni.