Sunday, December 22, 2024

Il-PM Robert Abela jippreżenta l-ewwel sett ta’ proposti tal-PL

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-ewwel konferenza tal-aħbarijiet fil-bidu ta’ kampanja elettorali il-Prim Ministru Robert Abela spjega li dan huwa l-ewwel mandat li se jkun qiegħed jitlob lill-poplu. Filwaqt li beda biex jippreżenta l-ewwel sett ta’ proposti, huwa żied jgħid li jekk il-poplu jafdah fit-tmexxija tal-pajjiż, il-gvern se jalloka fond ta’ €700 miljun fi spazji ħodor ġodda b’enfasi fuq il-qalba tal-irħula u l-ibliet biex ma jkollokx bżonn tuża l-karozza biex tasal fi spazju miftuħ.

Il-Prim Ministru qal li dan l-investiment se jkun qiegħed jara li jinbnew parks, ġodda, jiġu introdotti tunnells għal traffiku bi spazji ħodor fuqhom u parkeġġi taħt l-art fejn u possibbli. Abela kompla biex jitkellem dwar ix-xogħol fuq l-infrastruttura, qal li din il-proposta se tkun qiegħda tibdel il-wiċċ ta’ dan il-pajjiż.

It-tieni proposta ppreżentata kienet dik li tnaqqas l-income tax li se tkun qiegħda tara li jibqa’ aktar flus fil-bwiet tal-familji. Huwa qal li din il-miżura flimkien ma’ oħrajn se jkunu qegħdin jaraw li jibqa’ mad-€90 miljun fis-sena li jservu ta’ sostenn lill-ħaddiema u s-self-employed.

It-tielet proposta mħabbra minn Robert Abela qal li n-negozji jafu xejn qegħdin ma’ dan il-gvern u jafu kemm għamel magħhom biex isalva l-impjiegi. Abela ħabbar li se titnaqqas l-Corporate Tax Rate fuq l-ewwel €250,000 qligħ fis-sena minn 35 fil-mija għal 25 fil-mija.

Ir-raba proposta hija li gvern ġdid Laburista jara li l-anzjani jgħixu aħjar u għalhekk wiegħed żieda ta’ €15 fil-ġimgħa fil-pensjonijiet tul il-leġiżlatura. Barra minn hekk huwa qal li dan il-gvern mhux talli solva l-problema tal-mediċini out of stock, iżda talli qiegħed iwiegħed mediċini bla ħlas lill-pensjonanti kollha.

L-aħħar proposta f’dawn l-ewwel sett ta’ miżuri titratta liż-żgħażagħ li jixtiequ jwettqu l-ħolma tagħhom. Hawnhekk huwa ħabbar li l-gvern se jkun qiegħed iħallas €1,000 fis-sena mil-loan tal-first time buyers. Skema li tibda tapplika għall-kuntratti li ġew iffirmati minn Jannar ta’ din is-sena.

Abela qal li dan il-gvern għandu pjan ambizzjuż ħafna u li għalkemm mhuwiex se jwiegħed kollox u lil kulħadd, se jkun qiegħed iwettaq dak li jwiegħed.

Ekonomija

Sport