Friday, December 20, 2024

Il-PM Spanjol iwiegħed li jipprojbixxi l-prostituzzjoni fi Spanja

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Spanjol Pedro Sanchez wiegħed li jagħmel il-prostituzzjoni fil-pajjiż illegali.

Huwa għamel din id-dikjarazzjoni lbieraħ meta kien qed jitkellem mal-partitarji fit-tmiem tal-kungress tal-Partit Soċjallsta li sar ġewwa Valenzja. Rigward il-prostituzzjoni, Sanchez qal li din qed tagħmel lin-nisa skjavi.

Fi Spanja, il-prostituzzjoni ġiet dekriminalizzata fl-1995. 

Stħarriġ li sar fl-2009 sab li raġel minn kull tliet irġiel Spanjoli kien ħallas għal servizzi sesswali.

Madankollu, rapport ieħor ippubblikat fl-2009 ssuġġerixxa li ċ-ċifra tista’ tkun ta’ 39%. Intant, studju tan-Nazzjonijiet Uniti li sar fl-2011 semma lil Spanja bħala t-tielet l-akbar ċentru għall-prostituzzjoni fid-dinja, wara t-Tajlandja u Puerto Rico.

Sa issa, l-prostituzzjoni mhix regolata fi Spanja, u m’hemm l-ebda piena għal dawk li joffru servizzi sesswali minn jeddhom sakemm dan ma jsirx f’post pubbliku. Madankollu, huwa llegali li persuna tħaddem persuni għal skop ta’ prostituzzjoni.

Ekonomija

Sport