Sunday, May 5, 2024

“Grazzi ta’ kemm tagħmel ma’ Giorgia Mae u miegħi” – il-PM f’għeluq snin martu

Aqra wkoll

Illum mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela qed tiċċelebra għeluq sninha.

F’messaġġ fuq il-midja soċjali, il-Prim Ministru Robert Abela awguralha f’dan il-jum speċjali u rringrazzjaha ta’ kemm tagħmel ma’ Giorgia Mae u miegħu.

Dr. Lydia Abela twieldet fl-1978 u hija waħda mill-ħames ulied ta’ Anthony u Emanuela Zerafa minn Bormla.

Bosta persuni awgurawlha ġurnata mill-isbaħ filwaqt li rringrazzjawha tal-ħidma li qed twettaq b’risq pajjiżna u ddeskrivewha bħala mara b’qalb tad-deheb u umli.

F’isem it-tim ta’ talk.mt nawgurawlha l-isbaħ xewqat.

Sport