Sunday, December 22, 2024

Il-PM Spanjol mhux se jirriżenja wara allegazzjonijiet kontra martu

Aqra wkoll

Wara ħamest ijiem ta’ spekulazzjoni dwar il-futur tiegħu, il-Prim Ministru Spanjol Pedro Sánchez ħabbar li se jibqa’ fit-tmexxija tal-pajjiż.

Il-ġimgħa li għaddiet, Sánchez ħabbar li kien qed iħassar l-impenji uffiċjali kollha tiegħu wara li l-Qorti kienet fetħet inkjesta inizjali dwar martu b’rabta ma’ akkużi ta’ korruzzjoni.

Huwa kien sejjaħ dawn l-allegazzjonijiet bħala kampanja ta’ fastidju orkestrata mill-midja tal-lemin. Is-Sur Sánchez ilu fil-kariga sa mill-2018.

Id-deċiżjoni li ħa li ġimgħa li għaddiet, li jieqaf ftit mid-dmirijiet tiegħu biex jirrifletti dwar jekk kienx se jkompli bħala Prim Ministru kienet sorpriża anke għal nies mill-Partit Soċjalista (PSOE) tiegħu stess.

L-akkużi kontra l-mara tas-Sur Sánchez, Begoña Gómez, tressqu kontriha mill-organizzazzjoni Manos Limpias, immexxija minn raġel li huwa assoċjat mal-lemin estrem, Miguel Bernad.

Nhar il-Ħamis, il-prosekutur pubbliku ta’ Madrid talab li l-inkjesta titwaqqaf minħabba nuqqas ta’ provi. Manos Limpias irrikonoxxa wkoll li l-allegazzjonijiet jistgħu jkunu żbaljati minħabba li kienu bbażati fuq stejjer ta’ gazzetti online – li waħda minnhom diġà wriet li hija falza.

Ekonomija

Sport