Sunday, October 27, 2024

Il-PM ta’ Haiti miżmum milli joħroġ mill-pajjiż b’rabta mal-qtil tal-President

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru ta’ Haiti Ariel Henry ġie pprojbit milli jitlaq mill-pajjiż fid-dawl ta’ investigazzjoni dwar l-allegat involviment tiegħu fl-assassinju tal-President Jovenel Moïse.

Il-Prosekuturi qed ifittxu x’akkużi se joħorġu kontra Henry, li ġie mitlub jispjega r-rabtiet tiegħu ma’ suspettat ewlieni fil-qtil, Joseph Feix Badio. Jidher li ż-żewġt irġiel kienu għamlu numru ta’ telefonati ftit sigħat qabel id-delitt.

Moïse nqatel fis-7 ta’ Lulju li għadda wara sparatura fir-residenza tiegħu li tinsab f’Port-au-Prince. 

It-Tnejn li għadda, Henry allegatament bagħat ittra ta’ tkeċċija lill-Kap Prosekutur Bed-Ford Claude fejn akkużah b’”reat amministrattiv serju”. Aktar tard huwa nnomina persuna oħra biex teħodlu postu.

Sadanittant, il-Ministru tal-Ġustizzja tal-Haiti ordna protezzjoni internazzjonali għal Claude wara diversi rapporti ta’ theddid fil-konfront tiegħu.

Sport