Saturday, December 21, 2024

Il-PM u martu jistiednu lill-pubbliku għal skambju ta’ awguri s-Sibt li ġej

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru u Dr Lydia Abela se jkunu qed jilqgħu lill-pubbliku fil-Berġa ta’ Kastilja nhar is-Sibt 18 ta’ Diċembru bejn 4.15p.m. u 5.45p.m. biex jawguraw lil xulxin fl-okkażjoni tal-Milied u s-Sena l-Ġdida.

Kull min jixtieq jiltaqa’ magħhom qed jintalab iċempel fuq 22002400/1 biex iħalli d-dettalji tiegħu.

Waqt li jkun fil-Berġa ta’ Kastilja, il-pubbliku se jkun jista’ jara s-swali tal-Kabinett u tal-Ambaxxaturi u, kull min jixtieq, se jkun jista’ wkoll jiffirma l-ktieb tal-viżitaturi.

Matul il-bdil tal-awguri, se jkunu osservati r-regoli b’rabta mal-Covid-19.

Ekonomija

Sport