Thursday, December 26, 2024

“Il-PN assenti mill-konsultazzjoni dwar il-liċenzjar tal-kuntratturi”

Il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Partit Nazzjonalista għażel li jkun assenti milli jipparteċipa u jressaq is-sottomissjonijiet tiegħu fil-proċess ta’ konsultazzjoni b’rabta mal-liċenzjar tal-kuntratturi, liema proċess dam għaddej sitt ġimgħat. Dan ġie nnutat mill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi fil-Parlament waqt id-diskussjoni dwar l-abbozz ta’ liġi li jemenda liġijiet varji dwar il-Bini u l-Kostruzzjoni.

Il-Ministru Zrinzo Azzopardi beda biex qal li fost dawk li ressqu s-sottimissjonijiet tagħhom kien hemm persuni diversi, inkluż dawk li jaħdmu fis-settur, NGOs u żewġ partiti politiċi – il-Partit Laburista u l-ADPD. Qal li hawn wieħed jinnota l-assenza tal-PN fejn f’sitt ġimgħat ma ppreżenta xejn. 

“Dan ikompli mal-kullana ta’ sitwazzjonijiet simili fejn filwaqt li konna qed inwettqu riformi kbar bħala Gvern, il-PN għażel li jkun assenti,” qal il-Ministru Zrinzo Azzopardi.

Min-naħa l-oħra, huwa semma kif li kien hemm erba’ laqgħat pubbliċi b’rabta ma’ din il-konsultazzjoni, tlieta f’Malta u oħra f’Għawdex, fejn l-attendenza kienet waħda mill-aktar numeruża. Dan fi kliemu stess huwa vot ta’ fiduċja fil-proċess ta’ konsultazzjoni li wettaq il-Gvern fl-aħħar ġimgħat.

Ekonomija

Sport