Saturday, December 21, 2024

Il-PN b’ilment lil TVM u l-Awtorità tax-Xandir; Jgħid li nħolqot sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ imparzjalità u żbilanċ kontrih

Aqra wkoll

Il-Partit Nazzjonalista ressaq ilment lil TVM u l-Awtorità tax-Xandir wara li fil-bulettin tal-aħbarijiet tal-bieraħ tat-8.00 p.m. ma saret l-ebda referenza għas-seduta tal-bieraħ tal-kawża li qed tinstema’ fil-Qorti dwar il-bejgħ ta’ tliet sptarijiet pubbliċi.

Il-Partit Nazzjonalista saħaq li dan sar minkejja li fl-istess kawża xehed l-eks-Prim Ministru Joseph Muscat.

Fl-ilment imressaq mis-Segretarju Ġenerali Francis Zamit Dimech, il-PN qal li TVM naqas ukoll milli jxandar l-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista maħruġa fl-istess jum minn Adrian Delia dwar l-istess suġġett. 

Il-PN tenna li dan in-nuqqas ħoloq sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ imparzjalità mill-istazzjon nazzjonali u żbilanċ kontra l-Partit Nazzjonalista dwar ħaġa li hija ta’ kontroversja politika kurrenti, u naqas milli jagħti lill-poplu servizz ta’ aħbarijiet oġġettiv, fattwali u komplut.

Ekonomija

Sport