Wednesday, December 25, 2024

“IL-PN friża l-pensjonijiet, aħna se nibqgħu nżiduhom”

Aqra wkoll

Waqt konferenza li saret aktar kmieni, kelliema għall-Partit Laburista trattaw il-pensjonijiet u l-wegħdi tal-partiti fil-manifesti elettorali rispettivi tagħhom.

“Jekk kien hemm xi ħaġa li spikkat fil-kampanja tal-Oppożizzjoni kienet li spikka l-passat”, beda biex jgħid il-Ministru Michael Falzon filwaqt li beda biex jispjega kif taħt gvern Nazzjonalista ma żdiditilhomx il-pensjoni.

Falzon żied jgħid li agħar minn hekk, mhux biss baqgħu mingħajr żieda għal aktar minn għoxrin sena, iżda kien hemm snin li fihom lanqas biss ingħataw iż-żieda skont l-għoli tal-ħajja.

Min-naħa l-oħra gvern Laburista ta lura d-dinjità lill-pensjonanti u din is-sena qegħdin jieħdu s-seba’ żieda. Huwa wiegħed li gvern Laburista jkompli fuq dan il-vjaġġ li beda disa’ snin ilu. Fakkar kif taħt gvern Nazzjonalista, kien hemm żmien li fih il-mediċini kienu out of stock u kien hawm min iqabbel il-mediċina ma’ bott piżelli.

Il-Ministru qal li bil-mekkaniżmi li qiegħed jipproponi l-Partit Nazzjonalista, mhux talli l-pensjonanti kollha ma jiħdux iż-żieda tal-għoli tal-ħajja (COLA), mhux talli ma jiħdux iż-żewġ terzi, talli se jieħdu biss 30 fil-mija. Għal kuntrarju l-gvern ta’ żidiet lill-pensjonanti kollha f’pajjiżna għal ħames snin wara xulxin.

Falzon qal li oltre milli jintaxxa lill-pensjonanti, gvern Laburista se jkompli jtejjeb il-kundizzjonijiet tagħhom fejn u stmat li sal-aħħar tal-leġiżlatura, kull pensjonant se jkun qiegħed jirċievi kważi €800 aktar f’benefiċċji jekk kemm-il darba fis-26 ta’ Marzu jingħata l-mandat biex imexxi.

AQRA WKOLL:

Ekonomija

Sport