Saturday, December 14, 2024

Il-PN jappella għall-introduzzjoni ta’ self testing kits b’mod regolat

Aqra wkoll

Fi stqarrija maħruġa minnu, il-Partit Nazzjonalista qal li hekk kif in-numri ta’ każijiet ta’ COVID-19 qed ikomplu jippersistu b’numri għoljin kuljum, il-Gvern għandu jkun aktar trasparenti fid-deċiżjonijiet li qed jittieħdu.

Il-Partit Nazzjonalista jsostni li hu importanti li l-awtoritajiet tas-saħħa jindikaw b’mod ċar liema varjant hu l-aktar dominanti fiċ-ċirkostanzi preżenti.

L-istqarrija tkompli li minħabba żieda bla preċedent għal persuni li qegħdin jikkuntattjaw lill-awtoritajiet biex jibbukkjaw testijiet, b’uħud jilmentaw li s-sistema mhijiex tlaħħaq mad-domanda, b’mod regolat jiġu introdotti self-testing kits.

Ekonomija

Sport