Sunday, October 27, 2024

Il-PN jgħid li huwa Partit li jiġġenera lilu u lill-pajjiż għax moħħu fil-futur

Aqra wkoll

F’laqgħa t-Tlieta filgħaxija l-Kunsill Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista approva erba’ kandidati ġodda għall-elezzjoni ġenerali tas-26 ta’ Marzu. Il-kandidati l-ġodda huma Mary Muscat fuq it-tielet distrett elettorali, Frederick Aquilina fuq is-sitt distrett, Christian Micallef fuq l-ewwel distrett u Josianne Cardona Gatt fuq l-ewwel u t-tmien distrett.

Waqt il-laqgħa tal-eżekuttiv l-Kap tal-Partit Nazzjonalista rringrazzja lil dawk li servew f’din il-leġiżlatura u għal din l-elezzjoni għażlu li ma jibqgħux.

L-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista approva wkoll l-programm elettorali għall-elezzjoni tas-26 ta’ Marzu li ġej.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li l-programm elettorali fih ammont kbir ta’ proposti li huma mibnija fuq viżjoni li terġa’ tagħti direzzjoni lill-pajjiżna.

Il-PN qal li hu għalhekk li l-Partit Nazzjonalista huwa miegħek għal Malta.

Sport