Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija maħruġa minnu qal li f’laqgħa tal-Kunsill Amministrattiv il-partit iddeċieda li jkun aħjar jekk għalissa jżomm il-każin tal-Ħamrun temporanjament magħluq.
Din hija l-ewwel darba sa mill-argument li seħħ il-Ħadd li għadda li l-Partit Nazzjonalista qiegħed jikkummenta b’rabta ma’ dan, wara li anke kmamar tal-aħbarijiet lokali qalu li baqgħu bla tweġiba meta bagħtu lill-partit jekk kellux x’jikkummenta dwar il-każ jew tal-inqas jekk kienx f’pożizzjoni li jikkonferma dwar dak li seħħ.
Intant mart ir-raġel li sofra diversi ġrieħi tkellmet fil-pubbliku u qalet li żewġha ħareġ għonqu għal Bernard Grech u li spiċċa f’qiegħ ta’ sodda fl-Isptar fejn mistenni jieħu madwar tmien ġimgħat biex jirkupra. Skontha l-argument żvolġa wara li l-Kap tal-partit ma tħalliex jidħol fil-każin għax il-barman kien irrabjat li dan ma kienx mar iżur il-post għal madwar sentejn sħaħ.
Tal misthija li dan ir ragel wara li hareg ghonqu ghall kap dan telqu wahdu.Possibli li dan ir ragel kien wahdu ma grech.Ghaliex Grech harab u mar ixxejjer lin nies mill gallarija.Veru tal misthija.