Tuesday, June 23, 2026

Il-PN jippersisti fil-gideb: Il-konsumatur Malti u Għawdxi għandu stabbiltà totali fil-kontijiet tiegħu

Aqra wkoll

L-Oppożizzjoni reġgħet uriet li jew ma tifhimx kif jaħdem is-settur tal-enerġija jew inkella qed tagħżel għal darb’oħra li tqarraq bin-nies.

Enemalta diġà tixtri l-enerġija u l-fjuwils tagħha skont il-prezzijiet tas-swieq internazzjonali. Dan il-Gvern ilu snin jagħmel tajjeb għal dawn il-varjazzjonijiet permezz ta’ sussidji b’saħħithom biex jipproteġi lill-familji u lin-negozji mill-għoli tal-ħajja.

Għalhekk, minkejja l-volatilità fis-swieq internazzjonali, il-konsumatur Malti u Għawdxi għandu stabbiltà totali fil-kontijiet tiegħu. Għalhekk ħażina l-politika tal-PN li fl-aħħar snin kien kontra s-sussidji u dejjem emmen li l-prezz tal-konsumatur għandu jinbidel mal-prezz internazzjonali.

Jidher li l-PN qed jipprova joħloq paniku biex jaħbi l-fatt li għadu mingħajr shadow cabinet u b’kap li baqa’ assenti fuq il-kwistjonijiet ewlenin li jinteressaw lill-poplu.

L-Oppożizzjoni ma tiflaħx il-fatt li l-Gvern irnexxielu jinnegozja l-aqwa arranġament possibbli ma’ kumpanija internazzjonali ewlenija, li mhux biss toffri prezz kompetittiv iżda wkoll garanzija qawwija ta’ sigurtà tal-provvista.

Filwaqt li l-PN jibqa’ joffri l-biża’ u l-konfużjoni, il-poplu jaf li moħħu mistrieħ bil-Partit Laburista fil-Gvern, għax għal darb’oħra qed jiġi kkonfermat li huwa l-unika garanzija ta’ stabbiltà fil-prezzijiet tal-enerġija u serħan il-moħħ għall-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin.

Min jgħid li s-sussidji short lived, m’għandu l-ebda kredibbiltà jitkellem kontra min b’mod konsistenti baqa’ joffri serħan il-moħħ.

Bi Gvern Laburista, il-poplu Malti ffranka madwar biljun ewro f’sussidji tal-energija. Din l-istabbiltà se tibqa’.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport