Wednesday, December 25, 2024

“Il-politiku jrid ikun dejjem qrib in-nies”

Id-deputat Laburista Ray Abela

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-Deputat Laburista Ray Abela enfasizza fuq l-importanza li l-politiku jibqa’ jkun qrib in-nies tul il-leġiżlatura kollha. “Nemmen li l-politiku jrid ikun dejjem qrib in-nies. Jien bin il-ħaddiem. Grazzi lill-familti u wliedi li tawni kuraġġ li nimxi lejn din l-isfida ġdida f’ħajti b’aktar determinazzjoni u konvinzjoni b’impenn biex nagħti u mhux biex nieħu.”

Abela sostna li rridu nassiguraw l-impjiegi u fl-istess ħin niggarantixxu kundizzjonijiet u pagi tajbin u nitbiegħdu mill-prekarjat. Qal ukoll li jixtieq jara pajjiż li jaħdem aktar b’mezzi biex tonqos il-burokrazija u nkomplu nissimplifikaw is-servizzi u l-proċessi fl-operat tal-Gvern kemm dak ċentrali u kif ukoll dak lokali.

Abela tenna wkoll li rridu nisfruttaw aktar il-mezzi diġitali biex nilħqu b’mod konkret l-għan tagħna li nnaqqsu l-proċessi ripetuti u burokratiċi li jtellfu l-investiment.

Ekonomija

Sport