Saturday, December 21, 2024

Il-Polonja jidħlu biċ-ċans li jikkwalifikaw b’rebħa fuq l-Arabja Sawdija

Aqra wkoll

Polonja……………… 2

Arabja Sawdija…… 0

Il-Polonja kisbu rebħa importanti meta għelbu lill-Arabja Sawdija bl-iskor ta’ 2-0 biex jinsabu f’pożizzjoni tajba li jikkwalifikaw mal-Aħħar 16.

Fl-ewwel taqsima, is-Sawdi kienu territorjalment l-aħjar team fejn il-Pollakki dehru diżorjentati u konfużi fil-logħob tagħhom.

Iżda kontra x-xejra tal-logħob kienu l-Pollakki li fetħu l-iskor minn Piotr Zielinski (39) wara li rċieva mingħand Robert Lewandowksi.

U biex tkompli tiġihom ħażin, is-Sawdi fallew penalty meta x-xutt ta’ Salem Al Dawsari ġie salvat minn Woj­ciech Szczesny.

Il-Pollakki rduppjaw fit-82 minuta meta Robert Lewandowski seraq il-ballun lil Abdulelah Al Malki u kien pront jegħleb lil Mohammed Al Owais.

Polonja: Wojciech Szczesny, Bartosz Bereszynski, Jakub Kiwior, Kamil Glik, Matty Cash, Krystian Bielik, Grzegorz Krychowiak,Przemyslaw Frankowski, Piotr Zielinski (Jakub Kaminski 63), Arkadiusz Milik (Krzysztof Piatek 71), Robert Lewandowski – Coach: Czeslaw Michniewicz

Arabja Sawdija: Mohammed Al Owais, Mohammed Al Burayk (Sultan Al Ghanam 65), Ali Al Bulaihi, Abdulelah Al Amri, Saud Abdulhamid, Abdulelah Al Malki (Abdulrahman Al Obod 85), Mohamed Kanno, Sami Al Najei (Nawaf Al Abed 46) (Hattan Bahebri 90), Salem Al Dawsari, Saleh Al Shehri (Nasser Al Dawsari 86) Firas Al-Buraikan – Coach: Herve Renard   

Referee: Wilton Sampaio  (Brażil)

Assistenti: Bruno Boschilia, Bruno Raphael Pires (Brażil)

Ammoniti: J. Kiwior, M.Cash, A. Milik (P); A. Al Malki, A. Al Amri (AS)

Ekonomija

Sport