Minkejja li t-tim nazzjonali Pollakk mhux qed jikseb ir-riżultati mixtieq, il-federazzjoni tal-futbol tal-pajjiż se tkun qed tagħti fiduċja fil-kowċ tagħha Fernando Santos. L-eks kowċ tal-Portugall kellu laqgħa lbieraħ filgħodu mal-president Cezary Kulesza fejn dan tal-aħħar żamm il-fiduċja fih.
Il-Polonja tilfu tlieta mill-ħames logħbiet li lagħbu u xejn ma bdew il-fażi ta’ kwalifikazzjoni għal Euro 2024 bl-aħjar mod.
F’kumment, Santos qal li kien hemm serje ta’ fatturi li wasslu għal dawn it-telf għalkemm ammetta li x-xorti bħalissa xejn m’hu tidħkilhom.