Monday, July 15, 2024

Trabzonspor interessati f’Thiago Alcantara

Aqra wkoll

Hekk kif fadal biss 24 siegħa għal tmiem is-suq tat-trasferimenti tas-sajf fit-Turkija, Trabzonspor jinsabu interessati li jiksbu s-servizzi tal-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Liverpool Thiago Alcantara. Mhux se tkun biċċa xogħol faċli għat-tim Tork sabiex jikseb lil dan il-plejer bir-Reds li ma tantx jidhru ħerqana li jċeduh.

Sadanittant Trabzonspor qed jippreparawlu kuntratt ta’ sentejn b’paga ferm interessanti.

Alcantara għandu 32 sena u fil-passat lagħab ukoll ma’ Barcellona u Bayern Munich.

Ekonomija

Sport