Wednesday, July 24, 2024

Samir Handanovic b’messaġġ ta’ imħabba lejn il-partitarji ta’ Inter

Aqra wkoll

Hekk kif kien qed jieħu sehem f’festin organizzat mill-partitarji tal-Curva Nord ta’ Inter, l-eks gowlkiper Samir Handanovic irringrazzja lis-segwaċi kollha tal-klabb tal-imħabba li wrew tul is-snin kemm dam jgħasses il-lasti tat-tim.

Handanovic li għandu 39 sena u lagħab 380 logħba man-Nerazzurri, se jkun qed jieħu rwol amministrattiv fi ħdan il-klabb.

Hu qal li kien diffiċli li jirtira mil-logħba li tant iħobb iżda għallinqas hu se jkompli jaħdem fil-futbol u mat-tim favorit tiegħu.

Ekonomija

Sport