Monday, October 14, 2024

Marco Verratti jingħata tislima xierqa mill-partitarji ta’ PSG

Aqra wkoll

Hekk kif il-Ġimgħa Paris St Germain lagħbu partita oħra mil-Ligue 1 Franċiża kontra Nice, qabel dan il-konfront il-partitarji Pariġini preżenti f’Parc des Princes taw merħba kbira lil Marco Verratti li se jħalli lill-klabb sabiex jingħaqad fil-Qatar ma’ Al Arabi.

Il-president tal-klabb Al Khelaifi rringrazzja lil Verratti għas-servizz ta’ 11-il sena li ta lill-klabb u awguralu kull suċċess f’din l-avventura l-ġdida tiegħu.

Sadanittant, Verratti b’kollox lagħab 416-il partita ma’ PSG.

Sport