Saturday, December 21, 2024

“Il-poplu kollu apprezza l-ħidma tal-Gvern Laburista”

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-kandidat għall-Partit Laburista fil-11 u t-12-il distrett, Anthony Agius Decelis, f’kumment li tana qal li rebħa oħra Laburista tfisser li l-poplu kollu apprezza x-xogħol li għamel il-Prim Ministru Robert Abela u l-Gvern Laburista tul dawn l-aħħar sentejn waqt l-akbar pandemija li qatt ħakmet lid-dinja.

Dan b’reazzjoni għar-riżultat tal-Elezzjoni Ġenerali 2022 ta’ rebħa oħra kbira Laburista li issa se tagħti bidu għat-tielet mandat tal-PL fil-gvern. 

F’messaġġ li tella’ fuq il-midja soċjali, Agius Decelis kiteb li rebħa kbira għall-Partit Laburista tidwi l-għajta ta’ “Malta Flimkien”. 

Hawnhekk huwa rringrazzja tal-fiduċja li l-poplu Malti tahom bħala partit u wiegħed li, “inroddu din il-fiduċja b’ħidma għall-ġid ta’ pajjiżna u l-poplu tagħna taħt it-tmexxija għaqlija tal-Prim Ministru Abela. Il-futur sabiħ!”

Ekonomija

Sport