Saturday, October 26, 2024

“Il-Poplu Malti u Għawdxi jinkludi wkoll minoritajiet”

Il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà

Aqra wkoll

Aktar kmieni l-Kummissarju indirizza crime conference b’rabta mas-sospensjoni tat-tliet uffiċjali li qed ikun allegat li użaw vjolenza eċċessiva fil-konfront ta’ barranin.

Waqt il-ħin tal-mistoqsijiet offrut lill-ġurnalisti, talk.mt staqsa lill-Kummissarju Angelo Gafa rigward kummenti li segwew l-aħbar tal-bieraħ fejn bosta kienu dawk li staqsew safejn għandhom jaslu l-uffiċjali tal-Pulizija waqt il-qadi ta’ dmirijiethom u l-fatt li din l-azzjoni tista’ twassal għal ċertu inċertezza fost l-uffiċjali anke minħabba ċertu sens ta’ biża’.

Il-Kummissarju qal li l-Pulizija u x-xogħol tagħha għandu diskrezzjoni u fl-aħħar mill-aħħar għandu josserva l-liġi u jagħmel unur lill-Korp. 

“Il-poteri tagħna huma mislufa lilna biex inkunu hemmhekk għall-ġid komuni u allura l-korp għandu strutturi interni b’għanijiet li jipprevjenu abbuż ta’ poter”, spjega Gafa.

Huwa tkellem dwar l-istrateġija ta’ trasformazzjoni riċenti bl-għan li tiżdied il-fiduċja tal-poplu Malti u Għawdxi fil-Korp. Huwa qal li meta jitkellem dwar il-poplu Malti Għawdxi jitkellem ukoll dwar il-minoritajiet fis-soċjetà. 

Tenna jfakkar dwar is-servizz ta’ taħriġ li proprju fl-ewwel ġurnata jitkellem dwar id-drittijiet fundamentali u dan minnu nnifsu jikkonferma s-serjetà tal-Korp tal-Pulizija.

Sport