Ritratt: ROGER AZZOPARDI
Sa ftit xhur ilu l-pandemija tal-COVID-19 ħasditna bħala poplu, b’ħafna jkunu dawk li anke jekk mhux intenzjonalment, kienu qed jispiċċaw jinjoraw l-miżuri ta’ mitigazzjoni sabiex jipprevjenu t-tixrid tal-pandemija.
Minkejja l-ħafna nuqqasijiet li stajna ltqajna magħhom fuq is-siti soċjali, sfortunatament ftit li xejn naraw l-progress ta’ ċertu progress li sar. Wara li fl-aħħar jiem dan is-sit xerred ir-ritratt tal-Ministru tas-Saħħa li qabel daħal biex jixhed fl-inkjesta b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ħeġġeġ lil dawk barra l-Qorti biex jinfetħu u jżommu d-distanza soċjali, illum il-folla kienet tidher qed iżomm ma’ dawn il-miżuri.
