Friday, April 19, 2024

Abela jgħid li l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna qed jaħdmu mingħajr indħil … Schembri arrestat wara l-iffriżar tal-assi tiegħu

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Meta mistoqsi mill-ġurnal MaltaToday l-iffriżar tal-assi tal-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru preċedenti Keith Schembri, il-Prim Ministru Robert Abela qal li hu jwieġeb għal dak li sar minn Jannar sa issa u li m’għandu l-ebda dubju li l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna qed jagħmlu xogħol tajjeb ħafna mingħajr l-ebda ndħil.

Rigward l-iskema tal-bejgħ tal-passaporti, Abela qal li jekk hemm lok għal nuqqasijiet għandhom jiġu investigati, iżda ma tistax tiscrappja proġetti tajbin li qed jgħinu f’miżuri bħalma huma l-wage suppliment.

Rigward l-iffriżar tal-assi ta’ Schembri, Abela qal li kien hemm inkjesta Maġisterjali li kienet pendenti u li anke jekk hu jaħseb li damet biss biex ingħalqet, għamel appell biex l-inkjesta pubblika b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ma tawwalx għax id-dewmien imur kontra l-interessi tal-ġustizzja.

L-eks Chief of Staff Keith Schembri qed jinżamm arrestat fid-Depot tal-Furjana.

Rapporti fil-midja lokali qed jirraportaw li Schembri ġie arrestat mir-residenza tiegħu fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu.

Sport