Thursday, November 7, 2024

38 każ ġdid… Ifiqu 34 persuna

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

https://www.facebook.com/sahhagovmt/posts/205142737870944

Minn 2,409 swab test li ttieħdu matul dawn l-aħħar 24 siegħa, irriżultaw 38 każ ġdid ta’ Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 34 persuna li rkupraw. Dan wassal biex il-każi attivi f’Malta ta’ persuni infettati bil-Covid-19 issa tela’ għal 678.

Intant filwaqt li l-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi tal-bieraħ jirriżulta li kien hemm tmien każ ta’ tixrid tal-virus fost qraba, żewġ każi ta’ tixrid tal-virus fuq il-post tax-xogħol, każ ta’ persuna li ġiet f’kuntatt dirett ma’ każ ieħor pożittiv, 15-il każ minn Dar San Ġużepp u żewġ każi relatati ma’ tlaqqigħ soċjali.

Sport