Thursday, April 18, 2024

L-akkużati b’serq fl-aħħar jiem jintbagħtu l-ħabs għax bla saqaf fuq rashom

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Erba’ rġiel barranin dalgħodu tressqu l-Qorti quddiem l-Maġistrat Natasha Galea Sciberras akkużati b’serq u attakki fuq tliet persuni.

L-akkużati huma William Kelly Harrison ta’ 27 sena mwieled l-Istati Uniti, Privilege Mupimhidzi ta’ 33 sena minn Zimbabwe, Ahmed Ali Salah Lawan ta’ 28 sena mil-Libja u Deko Susanto ta’ 30 sena mill-Indonezja.

Huma ġew akkużati li aggredew u serqu minn fuq persuni bejn it-8 u l-20 ta’ Settembru.

Għalkemm wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom, huma ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest anke minħabba li ħadd minnhom m’għandu fejn joqgħod. Kien għalhekk li l-Magistrat bagħtithom il-ħabs.

Ekonomija

Sport