Friday, April 19, 2024

Sentenza sospiża u multa ta’ €3,000 wara li pprova jitla fuq ajruplan fis-sakra

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ nazzjonalità Żvediża, imwieled is-Somalja kien ikkundannat tliet xhur ħabs sospiżi għal sena u multa ta’ €3,000 wara li pprova jitla fuq ajruplan waqt li kien fis-sakra u ma obdiex l-ordnijiet tal-uffiċjali tas-sigurtà u l-Pulizija.

Barre Sakeriye Abdukadir ta’ 19-il sena wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontrih mill-Ispettur Silvio Magro fosthom li fixkel uffiċjal tas-sigurtà fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta waqt il-qadi ta’ dmirijietu u qal kliem oxxen fil-pubbliku.

Huwa mifhum li l-Pulizija ġew imsejħa wara li l-imputat ma tħalliex jitla fuq l-ajruplan. Ir-raġel irreżista l-arrest u baqa’ joffendi lill-pulizija u jgħajjarhom sakemm arrestawh.

Huwa kien akkużat ukoll li baqa’ jhedded lil dawn l-uffċijali anke ġewwa ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana.

L-imputat kien assistit mill-Avukat Mark Mifsud Cutajar.

Sport