Wednesday, July 24, 2024

“Il-poplu tkellem kontra stil ta’ tmexxija maqtugħa min-nies”

- Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech

Aqra wkoll

Fuq l-istazzjoni televiżiv tal-Partit Nazzjonalista, Net Tv, il-kap tal-Oppożizzjoni u mexxej tal-PN Dr Bernard Grech qal li “l-poplu tkellem kontra stil ta’ tmexxija li hija maqtuqgħa min-nies.”

Dr Grech qal li dan il-Gvern jiftakar fik fil-mument tal-vot u mill-bqija ma jafekx. Sostna li hu sodisfatt ħafna li l-poplu Malti jrid tmexxija serja, matura, bilghaqal u bil-kalma.

Il-Kap Nazzjonalista qal li dan hu l-aqwa riżultat li qatt kiseb il-PN fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

Qal li l-Partit Nazzjonalista għandu indikazzjonijiet li l-Partit Laburista rebaħ din l-elezzjoni b’inqas minn 15,000 vot. ““In-nies qed jifmhu li l-unika partit li jista’ joffri tmexxija serja lill-pajjiżna hu l-Partit Nazzjonalista. Ma tistax tkun arroganti man-nies,” qal Bernard Grech.

Hu kompla jgħid li t-triq ‘il quddiem hi li “nibqgħu għaqlin, saqajna mal-art u viċin in-nies.” Hu stieden lil kulħadd biex jersaq ‘il quddiem għax hu interessat li jisma’ l-istorja tagħhom.

Temm jgħid li din hija t-triq li fil-futur il-Partit Nazzjonalista jkun fil-Gvern.

Ekonomija

Sport