Sunday, December 22, 2024

Il-popolazzjoni fil-Kanada tiżdied b’miljun ruħ f’sena… kważi kollha immigranti

Aqra wkoll

Il-popolazzjoni Kanadiża żdiedet b’miljun ruħ matul is-sena li għaddiet u dan ifisser li kien hemm żieda ta’ 2.7%.

Fil-fatt, il-popolazzjoni fl-2021 kienet 38,516,138 filwaqt li fl-2022 kienet 39,566,24. Dan kien l-akbar tkabbir fil-popolazzjoni Kanadiża mill-1959 ‘l hawn.

Din iż-żieda kienet devuta minħabba miżuri li daħħal il-Gvern biex aktar immigranti jmorru lejn il-pajjiż minħabba nuqqas ta’ ħaddiema. Il-Kanada bħalissa tiddependi ħafna minn fuq l-immigranti minħabba nuqqas ta’ ħaddiema hekk kif il-popolazzjoni tal-pajjiż dejjem qed tixjieħ.

Iżda osservaturi qegħdin jgħidu li din iż-żieda li hija kemm temporanja u anke permamenti qed toffri sfidi kbar lill-pajjiż fosthom minħabba d-djar fejn se jgħixu, l-infrastruttura tal-pajjiż u anke minħabba s-servizzi tat-trasport pubbliku.

Il-Gvern Kanadiż qal li 96% ta’ dan it-tkabbir hu kollu devut għall-immigrazzjoni li kellu bżonn il-pajjiż biex ikun hemm biżżejjed ħaddiema li jaħdmu fl-industriji diversi.

Il-Prim Ministru Justin Trudeau ilu mill-2015 jipprova jattira nies minn madwar id-dinja biex jemigraw lejn il-Kanada. Is-sena l-oħra l-Gvern qal li sa 2025 hemm bżonn aktar minn nofs miljun immigrant ieħor li jemigraw lejn il-pajjiż minħabba nuqqas ta’ ħaddiema.

Ekonomija

Sport