Tuesday, May 14, 2024

Imħallef tordna azzjoni kriminali kontra Mark Camilleri minħabba disprezz lejn il-Qorti

Aqra wkoll

Fl-aħħar ħinijiet, il-Qorti ordnat lill-Kummissjaru tal-Pulizija biex jieħu azzjoni kriminali kontra Mark Camilleri wara li nhar it-Tlieta li għadda ppubblika chats privati li kienu għaddew bejn Rosianne Cutajat u Yorgen Fenech. Il-Qorti f’digriet qalet li dawn il-pubblikazzjonijiet saru bi ksur ta’ projbizzjoni li kienet ħarġet il-Qorti.

Kien nhar l-Erbgħa li l-avukati ta’ Cutajar qalu li dak li ġie ppubblikat minn Camilleri jikser is-segretezza li imponiet il-Qorti fost l-oħrajn li l-ebda messaġġi marbutin ma’ Yorgen Fenech m’għandhom jiġu ppubblikati.

Kienet l-Imħallef Edwina Grima li lbieraħ ordnat lill-Kummissarju tal-Pulziija biex jinvestiga lil Camilleri u jgħid lil Qorti xi jkun irriżulta minn dawn l-investigazzjonijiet.

Il-Kummissarju tal-Pulizija matul il-ġurnata tal-lum, f’nota ppreżentata lill-Imħallef qal li mill-investigazzjonijiet tal-Pulizija jirriżulta li l-pubblikazzjoni tal-messaġġi minn Camilleri tikser il-projbizzjoni li għamlet il-Qorti fl-2021.

Kien għalhekk li l-Imħallef ordnat biex jittieħdu passi kriminali kontra Mark Camilleri quddiem il-Qorti tal-Maġistrati minħabba disprezz lejn il-Qorti.

Sport