Saturday, January 11, 2025

IL-POPULIŻMU LIBERALI

Aqra wkoll

Hemm kuntradizzjoni fundamentali fil-populiżmu li qed jinxtered max-xenarju politiku tal-Punent. Min-naħa – ċara – l-populiżmu qed jikseb l-appoġġ ta’ faxex dejjem akbar tal-klassi tal-ħaddiema, għalkemm illum nippreferu nsejħulhom (parti mill-) klassi tan-nofs. Jaraw li l-populisti jitkellmu b’mod ċar dwar l-interessi tagħhom u jipproponu kif se jaġixxu biex jiddefenduhom.

Biss meta l-mexxejja ta’ dal-populiżmu jiġu biex jgħidu (jew jiddeċiedu) kif se jwettqu d-difiża tal-klassi tal-ħaddiema, tispikka realtà ċara: ma jridux iżidu t-taxxi fuq min sta bene, biex iwettqu riformi li jiggwadanjaw minnhom il-membri tal-klassi tan-nofs, jew talanqas min l-anqas jinsab tajjeb fosthom.

Mhux talli ma jridux taxxi ġodda, talli anqas u anqas iriduhom fuq min jaqlagħha l-aqwa. Issa din hi xi ħaġa li ma jriduhiex ukoll liberali tat-tip Macron fi Franza. Meta jiġu għas-si u n-no, l-istess jagħmlu tal-lemin estrem bil-populizmu kollu tagħhom. 

KUNDIZZJONIJIET

Isir ħafna diskors dwar kif tista’ tintlaħaq il-paċi fl-Ewropa hekk kif baqgħet tkarkar il-gwerra fl-Ukrajna.

Hemm talanqas erba’ kundizzjonijiet li jridu jintlaħqu biex iċ-ċaqliq lejn il-paċi jista’ jkun realistiku:

1)Qbil li l-qafas legali tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) … mhux l-aqas fil-mod kif jitħarsu l-fruntieri tal-pajjiżi membri… għandu  jibqa’ jiġi rispettat; 

2)L-inkwiet tar-Russja dwar is-sigurtà tagħħa affaċċjata bl-espansjoniżmu tan-NATO u tal- Unjoni Ewropea madwarha fl-Ewropa irid jingħata kull sodisfazzjon, mhux jiġi injorat, waqt li tiġi garantita s-sovranità tal-Ukrajna;

3)L-istess irid jiġri dwar il-biża’ mir-Russja tal-pajjiżi li hi ddawwar: Polonja, Estonja, Litwanja, Latvja, Moldova eċċ

4)In-NATO jeħtiġilha tafferma eżattament xinhuma l-limiti tagħha, u tagħmel dan fi ħdan l-OSCE. 

MEWT TA’ IMPRIŻI ŻGĦAR

Kulħadd jaqbel li l-azjendi ta’ daqs żgħir u mezzan (SMEs) huma fost l-aqwa aġenti ta’ tkabbir ekonomiku. Fl-istess ħin huma azjendi li l-aktar ilhom joperaw fl-ekonomiji tal-pajjiżi Ewropej (sa minn żmien il-Medju Evu, anke qabel); u huma l-aktar li jmutu malajr.

Dil-ħaġa tittieħed bħala naturali kullimkien. Igħidulna li l-bilanċ xorta jibqa’ li qed imutu anqas milli “jitwieldu” azjendi żgħar, li hi ħaġa tajba.  Għalhekk, mhux qed ikun hemm tnaqqis fin-numru ta’ azjendi żgħar. Allura m’għandniex għalfejn nitħassbu. 

Iva u le. Jista’ jiġri li l-sms li qed “jitilqu” mhumiex tal-istess natura bħall-smes ġodda li qed jidħlu fix-xena. Pereżempju, qed jagħlqu ħafna grocers u ħwienet oħra tal-merċa, waqt li jittelqu start ups fl-elettronika u s-servizzi kummerċjali.

L-għadd totali ta’ smes se jidher li baqa’ l-istess jew anke li kiber. Imma dan ifisser li m’hemmx x’wieħed jistaqsi dwar in-negozji żgħar u mezzana li qed jagħlqu?

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport