Friday, December 27, 2024

Il-Port Ħieles jilqa’ l-akbar vapur tal-kontejners li qatt daħal f’Malta

Aqra wkoll

Mument storiku għall-industrija marittima hekk kif fil-Port Ħieles llum daħal l-akbar vapur tal-kontejners li qatt żar Malta.

B’tul ta’ erba’ grawnds tal-futbol, u b’kapaċità li jġorr aktar minn 24,000 kontejner, l-MSC Mette inbena fiċ-Ċina u beda jopera minn Lulju li għadda. Il-vapur hu mgħammar b’teknoloġija li tnaqqas l-effetti fuq l-ambjent, b’operat aktar effiċjenti.

Il-Port ħieles ra investiment kbir infrastrutturali ta’ aktar minn €320 miljun f’apparat ġdid u joffri s-servizzi minn u lejn 116 port madwar id-dinja, b’aktar minn 50 minnhom li jinsabu fil-mediterran.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Port Ħieles Alex Montebello fl-ewwel reazzjoni tiegħu qal li dan huwa mument li għandu jagħmel lill-ħadiema tal-port kollha kburin b’dak li kisbu u jħares ’il quddiem għal aktar mumenti bħal dan u peparat biex tibda espansjoni fuq Terminal Two f’tentattiv biex il-Port Ħieles ikun wieħed mill-aktar attrezzati u teknikament avvanzat fir-reġjun tal-Mediterran.Jidħol

Ekonomija

Sport