Monday, May 13, 2024

Kontrollati nirien f’Ħanut tax-xagħar f’Birkirkara

Aqra wkoll

B’xorti tajba jidher li ħadd ma weġġa’ wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-4:50 p.m, ħanut tax-xagħar fi Triq il-Wied f’Birkirkara nħakem minn nirien.

Fil-post issejħu minnufih uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li bdew minnufih b’ħidma biex ikkontrollaw in-nirien.

Intant skont informazzjoni li kiseb dan is-sit jidher li l-ħanut ilu jopera biss ftit ġimgħat b’diversi persuni jesprimu solidarjetà mas-sidien tal-post.

Għal xi ħin parti mit-triq kellha tingħalaq għat-traffiku u konsegwentament inġemgħet konġestjoni kbira ta’ traffiku fiż-żona.

Sport