Tuesday, April 30, 2024

Il-POU tħeġġeġ lill-membri tagħha biex ma jagħmlux xogħol il-LESA

Aqra wkoll

Il-Police Officers Union qiegħda tinforma lill-membri tagħha li se tinħareġ direttiva biex il-pulizija ma jagħmlu l-ebda xogħol relatat mal-Uffiċjali tal-LESA b’mod speċjali l-inċidenti tat-traffiku fejn ma jkun weġga’ ħadd, kif ukoll rapporti tal-kolluzjonijiet li kienu jagħmlu qabel l-Uffiċjali tal-LESA.

Skont il-POU, il-Pulizija ma għandux jerfa’ piż żejjed sempliċiment għax Aġenzija oħra tinsab b’tilwima industrijali. L-Union ħeġġet lill-membri tagħna jimxu ma’ din id-direttiva u jekk xi ħadd jipprova jintimidahom biex ma jihdux sehem jew ma jobdux id-direttiva jkellmuhom mal-ewwel.

“Bħal dejjem il-membri tagħna ser isibu lill-Union warajhom”, temmet tgħid il-Police Officers’ Union.

Sport