Saturday, November 23, 2024

Il-Premier League jopponi l-idea tat-Tazza tad-Dinja biennali

Aqra wkoll

Il-clubs tal-Premier League opponew unani­mament il-pjani tal-FIFA għal Tazza tad-Dinja biennali u estendew il-waqfien internazzjonali mill-2024, qal il-kap eżekuttiv tal-kampjonat, Richard Masters, nhar il-Ħamis.

L-għaqda li tmexxi l-football fid-dinja qed tikkunsidra li torganizza l-avveniment vetrina globali kull sentejn minflok kull erbgħa ladarba l-kalendarju tal-logħob internazzjo­nali jiġi mġedded wara l-2024.

“Il-Premier League huwa impenjat li jipprevjeni kwalunkwe tibdil radikali fil-Kalendarju Internazzjonali tal-Logħbiet tal-FIFA ta’ wara l-2024 li jaffettwa ħażin il-benesseri tal-players u jhedded il-kompetittività, il-k­a­lendarju, l-istrutturi u t-tradizzjonijiet tal- football domestiku,” qal Masters.

“Aħna miftuħa għal riformi u ideat ġodda, iżda jridu jsaħħu l-bilanċ kumplimentari bejn il-football domestiku u internazzjonali sabiex itejbu l-logħba fil-livelli kollha.”

Il-pjani tal-FIFA ntlaqgħu b’reżistenza minn diversi assoċjazzjonijiet membri Ewropej kif ukoll mill-korp governattiv tal- UEFA.

Aktar kmieni l-Ħamis, il-Premier League ħabbar id-dati għall-istaġun 2022-23, li se jieqaf f’nofs Novembru biex jakkommoda t-Tazza tad-Dinja 2022 fil-Qatar. 

Sport