Il-President Amerikan Donald Trump iddaħħal għall-kura fiċ-Ċentru Mediku Militari Nazzjonali ta’ Water Reed. Dan hekk kif aktar kmieni din il-ġimgħa sar magħruf li flimkien ma’ martu kienu rriżultaw pożittivi għall-Covid-19. It-tabib ta’ Trump ilbieraħ filgħaxija kkonferma li l-President Amerikan beda jingħata mediċina għal kontra l-virus.
F’memo ppubblikata mill-White House, it-tabib tal-White House Sean Conley kiteb li Trump jinsab f’kundizzjoni tajba ta’ saħħa.
Intant konsulent ta’ Trump qal li hem raġunijiet għal tħassib dwar is-saħħa tal-President. Guwa ddeskriva lil Trump bħala għajjien ħafna u li kien qed juri sintomi ħfief ta’ problemi respiratorji.
S’issa Trump għadu m’għaddiex il-poter eżekuttiv lill-Viċi President Amerikan Mike Pence.