Tuesday, December 24, 2024

Il-president Ceferin jisħaq li l-UEFA kellha kull raġun li tissospendi lil Man City

Aqra wkoll

Il-president tal-UEFA, Aleksander Ceferin qal li jaf li l-UEFA “kellha raġun” li tissospendi lil Manchester City miċ-Champions League, minkejja li l-piena aktar tard ġiet imwarrba mill-Qorti tal-Arbitraġġ għall-Isport (CAS).

Għaddiet kważi sena minn meta Manchester City ġew akkużati mill-Premier League għal 115-il ksur tar-regoli finanzjarji tal-kampjonat. Il-ġimgħa li għaddiet, ġie żvelat li ġiet stabbilita data għas-smigħ tagħhom iżda ma saretx pubblika.

Sentejn qabel, fi Frar 2020, il-UEFA ppruvat tissospendi lil lis-Citizens miċ-Champions League għal żewġ staġuni, iżda din id-deċiżjoni ġiet imwaqqfa bħala riżultat tal-appell tal-istess Manchester City lill-CAS.

Il-president tal-UEFA Ceferin saħaq li “kellhom raġun” li jipprojbixxu lill-club Ingliż.

Ceferin ġie mistoqsi jekk il-verdetti fil-każ tal-Premier League jaġixxux bħala vindikazzjoni għad-deċiżjoni tal-Korp ta’ Kontroll Finanzjarju tal-Clubs tal-UEFA fl-2020.

Bi tweġiba, is-Sloven qal: “Nafu li kellna raġun. Aħna ma niddeċiedux jekk ma naħsbux li għandna raġun.

“Bħala avukat b’esperjenza ta’ 25 sena, naf li, kultant, tirbaħ każ li żgur li titlef. U, xi kultant, titlef każ meta tkun ċert li se tirbaħ. Sempliċement trid tirrispetta f’demokrazija serja d-deċiżjoni tal-qorti.

“Ma rridx nitkellem dwar il-każ fl-Ingilterra. Imma jien nafda li d-deċiżjoni tal-korp indipendenti tagħna kienet korretta. Jien ma dħaltx f’din id-deċiżjoni.”

Manchester City rebħu l-appell tagħhom prinċipalment minħabba li wħud mill-provi tagħhom kienu preskritti u l-prosekuturi ma setgħux jipprovdu biżżejjed provi oħra, f’għajnejn il-qorti.

Sadanittant, Rui Pinto tal-Football Leaks, li fil-passat xerred dokumenti li esponew lil Manchester City, qal:

“Ceferin jaf … jiena naf … u kulħadd jaf li Manchester City kisru b’mod ċar ir-regolari tal-FFP. Għaliex dan id-dewmien?”

Ekonomija

Sport