Thursday, July 25, 2024

Il-maltempata Jocelyn qed tkompli tagħmel ħerba fir-Renju Unit 

Aqra wkoll

Il-maltempata Jocelyn kompliet tagħmel ħerba fir-Renju Unit. Din seħħet biss jumejn wara li l-maltempata Isha, li ħalliet ħames persuni mejta u eluf oħra mingħajr provvista tal-elettriku fid-djar. 

Bosta esperti wissew li l-kbir għadu ġej għar-Renju Unit, hekk kif ix-xita mistenna li tkompli tiżdied. Minħabba f’din is-sitwazzjoni, diversi kumpaniji tal-ferroviji kellhom iwaqqfu s-servizz tagħhom. 

Is-sewwieqa kienu wkoll mitluba sabiex jevitaw milli jgħaddu f’żoni li huma l-aktar milquta u sabiex jevitaw li jipparkjaw taħt is-siġar. 

F’kumment li ta lill-midja, il-maniġer tal-operazzjonijiet nazzjonali għar-reżiljenza ta’ Transport Scotland, Martin Thomson qal li sa issa tħassru diversi servizzi tal-laneċ, titjiriet u servizz tal-ferrovija. Thomson żied jgħid li dawn is-servizzi fadlilhom ftit mhux ħażin sospiżi.

Ekonomija

Sport