Sunday, December 22, 2024

Il-President Franċiż jgħid li Iżreal għandu jieqaf joqtlu tfal u trabi f’Gaza

Aqra wkoll

F’intervista esklussiva li ta lill-aġenzija tal-aħbarijiet BBC, il-President Franċiż Emmanuel Macron qal li Iżreal għandu jieqaf ikompli joqtol tfal u trabi fil-Medda ta’ Gaza.

Hu kien qiegħed jitkellem f’intervista esklussiva li ta mill-palazz Élysée waqt li sostna li ma hemm l-ebda ġustifikazzjoni tal-attakki fuq Gaza. Hu sejjaħ lil Iżreal biex b’mod immedjat iwaqqaf l-attakki u jekk jagħmel dan ikun Iżreal stess li se jibbenifika.

Filwaqt li rrikonoxxa l-fatt li Iżreal għandu kull dritt li jipproteġi lilu nnifsu u liċ-ċittadini tiegħu qal li “l-appell tal-Gvern Franċiż hu li l-attakki fuq Gaza għandhom jieqfu b’mod immedjat.” Macron ikundanna wkoll l-attakki terroristiċi li twettqu mill-grupp tal-Hamas kontra Iżreal.

Meta kien mistoqsi dwar mexxejja oħrajn fosthom jekk il-President tal-Istati Uniti u l-Prim Ministru Ingliż għandhomx isejħu għal waqfien mill-ġdid, Macron sostna li hu qiegħed jittama li huma wkoll jagħmlu l-istess bħalma għamel hu.

Ekonomija

Sport