Wednesday, April 24, 2024

Il-President Franċiż jitkellem għall-ewwel darba dwar il-qtil taċ-ċkejkna Lola

Aqra wkoll

Il-President Franċiż Emmanuel Macron tkellem għall-ewwel darba dwar il-każ tal-qtil ta’ tifla ta’ 12-il sena, każ li ħasad lil Franza kollha. Fid-diskors tiegħu Macron iddeskriva dan il-każ bħala att ta’ “ħażen estrem”. Huwa tenna li l-qraba tat-tifla – kien jisimha Lola – għandhom “ir-rispett tan-nazzjon kollu”.

Il-katavru ta’ Lola kien instab moħbi ġewwa kontenitur tal-plastik fil-kapitali Pariġi nhar il-Ġimgħa li għaddiet. Is-sejba saret eżattament barra l-binja fejn kienet tgħix il-vittma. B’rabta ma’ dan il-każ ġiet arrestata mara ta’ 24 sena u qiegħda tiġi mixlija bi qtil, stupru u atti ta’ tortura. L-allegat qattiel hija immigrant mill-Alġerija li suppost kienet telqet mill-pajjiż minħabba li l-permess ta’ residenza tagħha huwa skadut.  

Dan il-każ spiċċa biex ħa xejra politika fejn spiċċa biex qajjem diskussjoni fl-ogħla istituzzjonijiet tal-pajjiż bil-partiti lemini u lemini estremi jargumentaw li dan il-każ juri biċ-ċar il-politika dgħajfa tal-pajjiż dwar l-immigrazzjoni. 

Lola kienet għebet nhar il-Ġimgħa wara naqset milli tirritorna lura d-dar wara mixja qasira mill-iskola. Il-katavru tagħha kien insab dakinhar filgħaxija. Il-funeral ta’ Lola se jsir illum.

Sport