Friday, April 26, 2024

Il-President iżur il-Fondazzjoni Inspire

Aqra wkoll

Il-President ta’ Malta, George Vella, u martu, is-Sinjura Miriam Vella, żaru l-Fondazzjoni Inspire f’Wied il-Għajn fejn segwew parti mill-programm ‘Star 25’, li jipprovdi interventi speċifiċi għal grupp ta’ nisa u rġiel bi bżonnijiet speċjali. Fost it-terapiji li jingħataw hemm dawk tal-fiżjoterapija u tat-terapija multisensorjali. 

Il-Kap Eżekuttiv tal-Inspire, is-Sur Antonello Gauci, ħabbar li l-fondazzjoni installat sistema ta’ pannelli fotovoltajċi sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-operat. Il-proġett, ta’ €120,000, iffinanzjat mill- kumpanija Frank Salt Real Estate jinkludi 454 pannell solari li ġew installati fuq il-bejt tal-binja tal- Inspire u huwa stmat li se jiffrankaw lill-fondazzjoni mal-€45,000 f’elettriku fis-sena. 

Il-President faħħar id-dedikazzjoni u l-imħabba li juru ta’ kuljum il-ħaddiema tal-Inspire, li anke matul il-pandemija tal-Covid-19 baqgħu determinati li jkomplu joffru s-servizzi ta’ għajnuna tagħhom lill-persuni bi bżonnijiet speċjali. 

Sport