Friday, December 13, 2024

Il-President iżur il-post fejn inqatlet Daphne Caruana Galizia

Aqra wkoll

Aktar kmieni llum, il-President George Vella, flimkien mas-Sinjura Miriam Vella u membri tal-familja tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia, żar il-post fejn seħħ l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia fil-Bidnija. Dan sar wara numru ta’ kuntatti, u qbil, bejn l-Uffiċċju tal-President u l-familja tas-Sinjura Caruana Galizia mit-3 ta’ Settembru lil hawn.

Hemmhekk, il-President Vella poġġa kuruna ta’ fjuri bħala turija ta’ sogħba u kundanna l-qtil li seħħ nhar is-16 ta’ Ottubru 2017.

Din iż-żjara hija turija tal-isforzi li qed isiru fit-twettiq tar-rakkomandazzjoni tal-inkjesta pubblika li tgħid li ‘l-Istat jirrekonċilja mal-familja tal-ġurnalista assassinata”.

Ekonomija

Sport